Sunday, October 27, 2024

Anzjan iweġġa’ serjament wara li waqa’ waqt li kien miexi

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 73 sena residenti l-Fgura weġġa’ serjament wara li waqa’ waħdu waqt li kien miexi.

Dan seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8.00a.m. fi Triq Bormla, Raħal il-Ġdid.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lill-vittma. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Sport