Monday, April 29, 2024

Anzjan jammetti li ħebb għal kuntrattur b’sikkina fuq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 78 sena resident ż-Żejtun u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ingħata l-libertá proviżorja, wara li tressaq l-Qorti mixli li hedded u ħebb għal kuntrattur tal-bini b’sikkina.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Doriette Cuschieri spjegat li l-argument seħħ wara li l-anzjan beda jargument li minħabba x-xogħlijet ta’ kostruzzjoni li bħalissa għaddejjin maġenbu, id-dar tiegħu qed isrulha xi ħsarat.

Ġie spjegat ukoll kif l-anzjan kien hedded u ħebb għall-kunrattur. b’sikkina li kien ġab minn mir-residenza tiegħu. Fil-Qori, huwa wieġeb li huwa ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih u għalhekk il-Qorti se ttagħt s-sentenza nhar. il-Ġimgħa 26 ta’ April.

Intant il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella tat il-libertá proviżorja lill-anzjan, fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Għall-akkużat dehru l-Avukati Errol Cutajar u Luke Valletta.

L-Avukat Jacob Magri, li qed jassisti lill-kuntrattur flimkien mal-Avukat Arthur Azzopardi bħala parte ċivile.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport