Anzjan ta’ 67 sena residenti ż-Żurrieq, ammetta li ħebb għal żewġ uffiċjali tal-LESA. Dan wara li waqt li ż-żewġ uffiċċjali kienu qed jaqdu dmirijithom, dawn waqqfu lil anzjan hekk kif indunaw li dan kien qiegħed isuq il-karozza tiegħu b’liċenzja skaduta.
Fil-Qort, ġie spjegat li l-liċenzja tal-imputat kienet ilha skaduta għal perjodu tta’ tlett snin. Minbarra li kien mixli li saq b’liċenzja skaduta, kien akkużat ukoll li ħebb għal uffiċjal li pprova jieħu ċ-ċavetta li kienet ġol-karozza.
Ġie spjegat li allegatament l-imputat saq il-karozza meta id l-uffiċjal kienet għadha fit-tieqa.
Is-sentenza finali se tingħata f’Mejju. Sadanittant, l-akkużat inħeles mill-arrest. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur iż-żewġ vittmi.