Sunday, April 5, 2026

Anzjan jammetti li hedded lin-neputija tas-sieħba

Aqra wkoll

Joseph Grixti, anzjan ta’ 78 sena residenti s-Siġġiewi, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli l-kien hedded lin-neputija tas-sieħba.

Hu kien mixli li fit-3 ta’ April li għadda beżża’ lit-tfajla, offendiha u ħebb għaliha. Kien mixli wkoll li fil-pussess tiegħu arma tan-nar u naqas li jassigura li ħadd ħliefu ma jmiss munizzjon.

L-anzjan ammetta mill-ewwel għal akkużi kontrih, bil-Maġistrat torna li l-każ ikompli jinstema fit-8 ta’ April li ġej.

Il-Pulizija talbet għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni sakemm il-proċeduri ġudizzjarji jibqgħu għaddejjin. Fil-Qorti ġie spjegat ukoll li l-imputat huwa s-sieħeb tan-nanna tat-tfajla.

Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom iħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000. Ġie ordnat jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-Għassa tas-Siġġiewi waqt li nħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

L-anzjan tressaq quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil mill-Ispettur John Sammut.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport