Anzjan ta’ 81 sena jista’ jgħoddha b’waħda wara li baqa’ nieżel bil-karozza fil-baħar fil-Port tal-Imġarr.
Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15 a.m., fiż-żona magħrufa bħala Taż-Żewwieqa
Kelliem għall-Pulizija qalilna li l-anzjan li għix Għajnsielem inħareġ mill-karozza minn persuni li kienu fuq il-post. Jidher li ma ġarrab ebda ġrieħi