Thursday, December 26, 2024

Anzjan jibda għaddej ġuri wara li allegatament ħa vantaġġ sesswali fuq minorenni

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum anzjan ta’ 65 sena tressaq il-Qorti fejn beda għaddej ġuri wara li allegatament madwar sentejn ilu abbuża minn adolexxenti ta’ 12-il sena.

Il-Pulizija bdew jinvestigaw il-każ fis-sena 2021 fejn it-tifla qalet li dakinhar li seħħ il-każ hija marret mal-anzjan biex jiġbru xi ikel minn ħanut tat-take-away. L-akkużat kien ħabib tal-ġenituri tat-tifla, tant li dakinhar sakemm binthom marret tagħmel din il-qadja mal-akkużat, huma baqgħu f’daru.

It-tifla żiedet tgħid li kien f’dak il-mument li huwa ħadha f’garaxx fiż-Żejtun u abbużaha sesswalment.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Għall-imputat qed jidhru l-Avukati Ishmael Psaila u Arthur Azzopardi.

Il-ġuri, ippresedut mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, qed jinstema’ fil-magħluq minħabba n-natura sensittiva tal-każ.

Ekonomija

Sport