Thursday, May 9, 2024

Anzjan jindarab gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Aqra wkoll

Anzjan kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofra f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-11:00 a.m f’Xatt Lascaris, il-Belt Valletta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot 308, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida, u mutur Piaggio Liberty, misjuq mill-anzjan ta’ 66 sena residenti l-Belt.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie

ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport