Saturday, December 21, 2024

Anzjan jindarab gravi wara li pprova jikkontrolla nirien f’għalqa

Aqra wkoll

Anzjan indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Ħofor f’Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 76 sena residenti Ħal Qormi, sofra xi ġrieħi meta kien qed jipprova jikkontrolla xi ħaxix li kien qed jieħu n-nar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assitew lir-raġel.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport