Żewġt irġiel kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija, fi Triq is-Sur il-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 p.m bejn Jeep Renegade misjuqa minn raġel ta’ 29 sena u anzjan ta’ 82 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lill-anzjan midrub sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.