Tuesday, July 22, 2025

Anzjan jitlef ħajtu f’Għawdex wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi tal-Bajja tal-Ħondoq, il-Qala, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 73 sena u residenti l-Qala, Għawdex, sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum.

Xi nies li kien hemm fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar.
Il-vittma minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. ll-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport