Saturday, December 21, 2024

Anzjan jitlef ħajtu wara li ttajjar minn vettura f’Marsaskala

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 64 sena tilef ħajtu traġikament hekk kif ittajjar minn vettura f’Marsaskala.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30pm fi Triq Sant’ Antnin, Marsaskala.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 64 sena, residenti Marsaskala ntlaqat minn van Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport