Sunday, July 13, 2025

Anzjan jitlef ħajtu  wara li waqa’ erba’ sulari 

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’appartament fi Vjal il-Bon Pastur, Ħal Balzan. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 81 sena, waqa’ madwar 4 sulari fil-bitħa ta’ taħt ir-residenza tiegħu. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport