Tuesday, June 10, 2025

Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular fil-Mosta 

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta 7:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq l-Antinni, il-Mosta. 

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel ta’ 67 sena kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn fuq il-kamra tal-bejt tad-dar tiegħu. 

Minnufih kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard huwa sfortunatament kien iċċertifikat mejjet. 

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport