Thursday, July 10, 2025

Anzjan jsofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 78 sena residenti s-Siġġiewi, għal xi 6:30 a.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Manwel Zammit, is-Siġġiewi. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Auris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena u jgħix is-Siġġiewi wkoll. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport