Anzjan ta’ 83 sena kellu jiddaħħal l-isptar wara li għall-ħabta tal-5.00pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunċizzjoni l-Mosta.
Ir-raġel kien qiegħed isuq mutur meta għal xi raġuni li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw spiċċa involut f’inċident tat-traffiku.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.