Anzjan ta’ 83 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ s-saqaf tad-dar tiegħu.
Dan seħħ illum għall-ħabta tat-3.00p.m. fi Triq Stiefnu Zerafa fil-Marsa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett akkumpanjati minn tim mediku u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
It-tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan filwaqt li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għenu biex l-anzjan jinħareġ mid-dar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.