Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata
b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn Taljan ta’ 41 sena u mutur Honda misjuq minn anzjan ta’ 70 sena residenti x-Xewkija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Iktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Anzjan ta’ 70 sena l-Isptar wara inċident f’Għajnsielem
Sewwieq ta’ mutur li għandu 70 sena residenti x-Xewkija iddaħħal l-Isptar għall-kura. Dan wara li għall-ħabta tal-11:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.
Jidher li l-karozza kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 41 sena u miegħu kellu passiġġiera mara.
Sa issa l-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa