Tuesday, November 25, 2025

Anzjan li tajjar ieħor li qed jaqsam fuq iz-zebra crossing immultat €1,200

Aqra wkoll

John Camilleri, anzjan ta’ 72 sena residenti Tas-Sliema ġie mmultat €1,200 wara li nstab ħati li tajjar anzjan ieħor waqt li dan kien qed jaqsam fuq iz-zebra crossing fil-Gżira.

Dan l-inċident kien seħħ fit-22 ta’ Frar ral-2019 fi Triq Reggie Miller.

L-imputat kien akkużat li saq b’manjiera traskurata, perikoluża u bla kont, li naqas li jieqaf fuq pedestrian crossing u jħalli n-nies jaqsmu u li kkaġuna ġrieħi ħfief lil raġel.

Fix-xhieda tagħha l-vittma qal li kien qiegħed jaqsam meta ra karozza ġejja. Xehed li għall-ewwel il-karozza waqfet imbagħad żiedet fil-veloċità u tajritu.

Spjegal fil-Qorti li l-karozza baqgħet sejra lejn Casa Leone jew Zammit Clapp u li bid-daqqa weġġa’ dahru u għadu jbati sal-lum.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace wara li semgħet il-kawża, sabet lil Camilleri ħati ta’ sewqan b’manjiera perikoluża, li naqas li jieqaf ħdejn pedestrian crossing u li kkaġuna ġrieħi ħfief lill-vittma.

Irrimarkat li l-inċident seħħ ħdejn pedestrian crossing u għalhekk kien mistenni minnu li joqgħod iktar attent hija mmultatu €1,200, issospendietlu l-liċenzja tas-sewqan għal 3 xhur u naqqsitlu 6 punti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport