Raġel ta’ 62 sena u residenti Tas-Sliema, għall-ħabta tal-9.45am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġuzepp, ilĦamrun.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa u mutur Lemoto Aura misjuq mill-vittma.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.