Saturday, December 21, 2024

Anzjan ta’ 68 sena huwa s-47 pazjent li miet wara li nstab pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Raġel anzjan ta’ 68 sena spiċċa s-47 pazjent li miet wara li nstab pożittiv għall-Covid-19. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li r-raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru li għadda u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess.

Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. Il-Ministeru għas-Saħħa offra l-kondoljanzi lill-qraba tar-raġel.

Intant aktar kmieni llum kienu rreġistrati 155 każ ġdid ta’ Covid-19.

Ekonomija

Sport