Anzjan ta’ 70 sena huwa d-39 persuna li miet kaġun tal-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fid-29 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei dakinhar stess, fejn miet aktar kmieni llum.
Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.