Anzjan ta’ 70 sena huwa l-54 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.
L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan filwaqt li appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.