Anzjan ta’ 71 sena huwa l-44 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa.
L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Settembru. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul dawn l-aħħar jiem l-anzjan kellu testijiet negattivi għall-Covid-19, madankollu xorta waħda kien qed juri sintomi relatati mal-Covid-19 u għaldaqstant baqa’ jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19.
L-anzjan kien deskritt ukoll bħala li kien ibati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa filwaqt li offra l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-anzjan appella lill-poplu biex isegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.