Sunday, December 22, 2024

Anzjan ta’ 71 sena mixli b’ħasil ta’ flus u logħob tal-azzard

Aqra wkoll

Michael Mifsud, Anzjan ta’ 71 sena minn San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa fejn kien akkużat b’ħasil ta’ flus u li offra servizz tal-logħob li jeħtieġ liċenzja meħtiega maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kien f’Diċembru meta l-Pulizija kienu rċivew rapport li Mifsud kellu xi diskrepanzi fil-kontijiet bankarji tiegħu.

Meta l-Pulizija għamlet investigazzjoni finanzjarja fil-kontijiet bankarji ta’ Mifsud setgħet tinnota diskrepanza ta’ €250,000 li aktar tard telgħu b’xi €60,000 oħra.

L-anzjan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Maġistrat Marse-Anne Farrugia ordnat s-sekwestru ta’ €300,000.

Fil-Qorti ngħad ukoll li l-akkużat m’għandux familja u għaldaqstant se jkun qed jinżamm arrestat fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin sakemm terza persuna taghmillu tajjeb b’€20,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Mallan u l-Avukat Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li għal Mifsud dehru l-Avukati Arthur Azzoppardi u Jacob Magri.

Ekonomija

Sport