Anzjan ta’ 76 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.