Saturday, January 3, 2026

Anzjan ta’ 76 sena jmut wara li waqa’ ħajt f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.30pm meta fi Triq ta’ Farsina f’Ħal Qormi waqa’ ħajt fejn anzjan ta’ 76 sena spiċċa tilef ħajtu.

Rapporti fil-midja lokali rraportaw li fil-ħin tal-inċident kien hemm ibnu ta’ 41 sena li ħelisha minn ħalq il-mewt.

Fuq il-post hemm ħaddiema tal-protezzjoni ċivili flimkien mal-pulizija u timijiet mediċi mill-isptar Mater Dei biex jassitu.

Fuq il-post hemm membri tal-OHSA u l-BCA. L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Philip Galea Farrugia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport