Saturday, December 28, 2024

Anzjan ta’ 85 sena l-35 persuna li miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 85 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fis-27 ta’ Settembru u ddaħħal l-isptar St Thomas fit-28 ta’ Settembru, fejn miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.

Ekonomija

Sport