Saturday, December 28, 2024

Anzjan ta’ 90 sena jweġġa’ gravi f’inċident fil-Gudja

Aqra wkoll

Anzjan weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:10 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien fil-Gudja

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 90 sena residenti Santa Luċija, u Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ta’ 90 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport