Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 91 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-16 ta’ Ottubru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.
L-anzjan kienet ibati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.