Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 92 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u appella biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati, hekk kif dan huwa l-mod kif nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.