Wednesday, January 15, 2025

Anzjan weġġa’ gravi f’inċident waqt li kien qiegħed jaħsel il-karozza tiegħu

Aqra wkoll

Anzjan sofra xi ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Belt il-Ħażna fil-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena, residenti l-Furjana kien qed isuq Toyota Vitz meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f’Mercedes Benz Sprinter li kienet ipparkjata. Raġel ta’ 76 sena residenti l-Marsa, li fil-ħin tal-inċident kien fuq sellum jaħsel il-Mercedes intlaqat mill-karozza. 

Fil-post issejjaħ tim mediku li assista lill-anzjan fuq il-post sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport