Mara ta’ 72 sena residenti n-Naxxar, sofriet ġrieħi gravi f’aċċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni illum.
Kien għall-ħabta tal-11am meta l-Pulizija ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard.
Mil-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-anzjana kienet intlaqtet minn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti l-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Toyota Vitz misjuqa
Hija ngħatat l-assistenza minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin