Friday, December 19, 2025

Anzjana bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Mosta

Aqra wkoll

Mara ta’ 70 sena u toqgħod il-Mosta, għal xid-9:15 a., ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara intlaqtet minn Toyota Ractis, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 73 sena mill-Mosta

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport