Anzjana ta’ 72 sena qed issofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m., kienet involuta f’inċident fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Nissan Micra, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena.
L-anzjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



