Anzjana ta’ 70 sena ġiet iċċerifikata li sofriet ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-9.30am ittajret f’Santa Venera.
Fi starrija l-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fi Triq l-Omnibus, f’Santa Venera fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 70 sena u residenti Santa Venera, intlaqtet minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 sena residenti Birkirkara.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.