Anzjana ta’ 71 sena, residenti ż-Żurrieq, tinsab fil-periklu tal-mewt.
Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tan-12:30 p.m., kienet involuta f’aċċident tat-traffiku fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti Ħal Qormi, karozza misjuqa minn mara ta’ 37 sena, residenti ż-Żurrieq.
Fil-karozza kien hemm ukoll il-mara ta’ 71 sena, flimkien ma’ raġel ieħor ta’ 70 sena, residenti ż-Żurrieq ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu l-persuni kollha li kienu fil-karozza l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

