Anzjana ta’ 66 sena ġiet iċċertifikata fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7.15pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda u żewġ karozzi, Peugot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar u Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 52 residenti San Pawl il-Baħar. Fl-inċident il-mutur ħabat ukoll mal-barrikati li hemm fi triq.
Is-sewwieq tal-mutur, mara ta’ 66 sena residenti San Ġwann ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn ġiet ċċertifikata li kienet fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat Dr. Antoine Agius Bonnici LL.D. kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddej