Anzjana ta’ 71 sena inqabdet f’għargħar qawwi hekk kif ippruvat issalva l-kelb tagħha. L-anzjana, Hazel Nairn, dehret l-aħħar nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar fix-xatt tax-xmara Don, ħdejn Monymusk f’Aberdeenshire, l-Iskozja.
Jingħad li hija niżlet fl-ilma biex issalva l-kelb tagħha Westie Ruaridh. Wara li sar magħruf l-għibien tagħha nbdew sforzi estensivi ta’ tfittxija fi tmiem il-ġimgħa hekk kif ix-xita qed tkompli tolqot ir-reġjun.
Sezzjoni speċjalizzata tal-għads u tal-baħar ġiet imwaqqfa apposta biex tassisti fit-tfittxijiet.
Il-Knisja Parrokkjali ta’ Monymusk għamlet velja ta’ talb f’isem Hazel nhar il-Ħadd fejn in-nies tal-lokal ingħaqdu biex jitolbu u jixegħlu xemgħa għall-pensjonanta. F’post fuq Facebook, il-knisja rringrazzjat lil dawk kollha li attendew għall-velja bit-tama li Hazel Nairn tinstab.
Rapporti jgħidu li fi tmiem il-ġimgħa niżlet xita qawwija fuq partijiet kbar tal-Grigal tal-Iskozja tant li x-xmajjar qabżu xtuthom u t-toroq saru għadira waħda kaġun tal-kobor u l-intensità tax-xita.
B’konsegwenza ta’ dan il-maltemp infetħu xelters f’xi partijiet ta’ Aberdeenshire wara li t-twissijiet ta’ għargħar żdiedu għal livelli gravi. Il-maltemp kkawżat wkoll qtugħ tad-dawl fl-inħawi ta’ Inverurie, Kintore, Stonehaven, Portlethen u Hatton of Fintray.
Is-servizzi ta’ emerġenza kienu li l-ewwel irċevew rapporti ta’ persuna li kienet qed titkaxkar mill-ilma. It-tfittxija inizjali għal anzjana tnediet fit-3 ta’ wara nofsinhar nhar il-Ġimgħa, iżda aktar tard kellha tiġi sospiża minħabba l-maltemp.
Il-Pulizija tal-Iskozja flimkien ma’ l-uffiċjali u membri mis-Servizz Skoċċiż tan-tat-tifi tan-nar u salvataġġ u l-Gwardja tal-Kosta, reġgħu bdew it-tfittxijiet nhar is-Sibt li għadda fiż-żona fejn l-anzjana dehret l-aħħar.
Sadanittant, l-awtoritajiet tar-rerġjun fi sfond li l-kundizzjonijiet huma delikati u perikolużi qed jappellaw lill-membri tal-pubbliku biex joqogħdu ‘l bogħod minn żoni mgħarrqa.