Sunday, December 22, 2024

Anzjana maħtufa u maqtula brutalment fi New Orleans

Aqra wkoll

Linda Frickey, mara ta’ 73 sena, nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta tas-1.30pm ġiet maħtufa fi New Orleans. 

Leanne Mascar, waħda minn dawk li kienu preżenti fuq il-post, f’intervista ma’ “Fox 8” qalet li waqt li kienet miexja f’dik iż-żona tal-attakk semgħet lil Linda tgħajjat u titlob lill-aggressuri sabiex jitilquha. Dawn min-naħa tagħhom naqqsu l-veloċità tas-sewqan, fetħu l-bieba tal-karozza u tefgħuha ’l barra mill-vettura. 

Leanne tirrakkonta kif għalkemm kienet maħsuda b’din ix-xena, hija xtaqet tgħin lill-mara, però kien tard wisq. Leanne tkompli tgħid li l-mara kienet mitluqa mal-art mingħajr ħwejjeġ.

L-uffiċjali tal-pulizija ta’ New Orleans iddikjaraw li wara l-attakk li sofriet Linda, hija nstabet “Mixħuta mal-art, mitlufa minn sensiha u b’dirgħajha żlugata”. Iktar tard Linda ġiet dikjarata mejta.

Minn investigazzjoniiet preliminari rriżulta li l-mara twaddbet ’il barra mill-vettura waqt l-attakk u li s-suspettati ħarbu minn fuq il-post bil-karozza ta’ Linda (Nissan Kicks) u iktar tard mal-ġurnata nstabet mitluqa f’post ieħor.

L-għada, it-Tlieta, l-NOPD ikkonfermat li erba’ żgħażagħ ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport