Friday, November 22, 2024

Anzjana Russa mmultata 40,000 roubles għax qalet li Zelensky huwa raġel gustuż

Aqra wkoll

Anzjana Russa ta’ 70 sena ġiet immultata 40,000 roubles (ekwivalenti għal £393) talli ddeskriviet lill-President Ukren Volodymyr Zelensky bħala “raġel gustuż” — kumment li ġie meqjus bħala att ta’ diżrispezz lejn il-militar Russu.

Olga Slegina ngħatat il-multa wara li nstabet ħatja li kisret il-liġi relata maċ-ċensura tal-gwerra; liġi li daħlet fis-seħħ f’Marzu li għadda. Skont il-midja Ingliża Daily Mail, is-smigħ tal-każ fil-kapitali Russa ma qabiżx il-ħames minuti.

Olga qed tkun irrappurtata li qalet illi fl-opinjoni tagħha Zelesnky huwa bniedem ċajtier. Skont il-Memorial Human Rights Centre (ċentru bbażat f’Moska), fl-24 ta’ Diċembru li għadda, hija kienet qed titkellem ma’ mara Ukrena u staqsietha kif jippronunzjaw tip ta’ ħobż partikolari bl-Ukren. Wejter mara li semgħet il-konverżazzjoni tagħhom għajret lil Zelensky “ikrah” u “anormali”; min-naħa tagħha, Olga injorat dawn il-kummenti u kompliet tgħid li “Kulħadd kien jidħaq meta jisimgħu jgħid xi ċajta”.

Apparentament tlett ijiem wara hija ġiet avviċinata minn raġel pajżan dwar dawn il-kummenti. Huwa qalilha li kienu saru rapporti dwarha lill-Pulizija minn tliet persuni differenti. Waqt li kienet l-għassa, ġie allegat li Olga faħħret lil Zelensky fejn hi min-naħa tagħha wieġbet li kulma għamlet kien li għaddiet kumment dwar l-apparenza tiegħu.

Waqt l-interrogazzjoni hija ġiet mitluba biex tiffirma dokument, liema dokument ma setgħetx taqrah sew minħabba li għandha l-katarretti. Il-Memorial min-naħa tagħhom qalu li wara illi d-dokument ġie ffirmat minn Olga, saru xi tibdiliet fih.

Sport