Anzjana ta’ 80 sena residenti l-Gżira ttieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni dalgħodu ttajret fil-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.20 a.m. fi Triq San Albert.
Jirriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn vettura tat-tip Nissan li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 49 snea residenti Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.