Anzjana sofriet ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Misraħ il-Barrieri f’Santa Venera.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li anzjana ta’ 75 sena residenti Birkirkara kienet intlaqtet minn Ford Ranger li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 50 sena residenti Raħal Ġdid.
L-anzjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku fil-post sakemm aktar tard setgħet tittieħdet lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.