Sunday, December 29, 2024

Anzjana ta’ 70 sena twelled tewmin

Aqra wkoll

Safina Namukwaya, anzjana ta’ 70 sena weldet tewmin, tifel u tifla, fl-Uganda wara li għamlet b’suċċess trattament tal-IVF. Din l-aħbar ħarġet proprju mill-istess sptar li ħadet fih it-trattament tal-fertilità.

Namukwaya saret l-ixjeħ mara li weldet fl-Afrika nhar li l-Erbgħa li għadda. Hija weldet wara nofsinhar fil-Women’s Hospital International and Fertility Centre fil-kapitali tal-Uganda, Kampala.

It-tobba tal-isptar qalu li l-omm u t-tewmin jinsabu tajbin wara li għamlulha ċesarja. L-amministrazzjoni tal-isptar sostniet li, “din l-okkażjoni mhiex biss suċċess fil-kamp mediku imma wkoll turija ta’ saħħa u reżiljenza qawwija fil-bniedem”.

F’intervista mal-NTV Channel Namukwaya qalet li din hija t-tieni darba li weldet f’dawn l-aħħar tliet snin wara li fl-2020 hija kellha tifla, Sarah. Din l-omm qalet li tul din it-tqala hija kellha xi kumplikazzjonijiet u diffikultajiet fosthom li missier uliedha, telaqha. 

Ekonomija

Sport