Anzjana ta’ 80 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fid-9 ta’ Ottubru u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni biex flimkien nagħmlu d-differenza kontra l-imxija tal-Covid-19.