Saturday, December 28, 2024

Anzjana ta’ 82 sena t-33 persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm kkonferma li anzjana ta’ 82 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Settembru u baqgħet tingħata kura fir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha, fejn mietet aktar kmieni llum.

L-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ekonomija

Sport