Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjana ta’ 89 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-23 ta’ Ottubru u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet ilbieraħ filgħaxija.
L-anzjana kienet tbati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.