Tuesday, December 24, 2024

Anzjana ta’ 96 sena hija r-raba’ vittma tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjana ta’ 96 sena hija r-raba’ vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. 

L-anzjana li kienet qed tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellha kumplikazzjonijiet oħrajn tas-saħħa. Hija ġiet ikkonfermata pożittiva għal-Covid-19 fis-16 ta’ April wara li kienet ddaħħlet fl-isptar Mater Dei.

L-anzjana mietet fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl. 

Il-Ministeru għas-Saħħa filwaqt li għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, mill-ġdid jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. 

Ekonomija

Sport