Friday, November 22, 2024

Anzjana tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 83 sena residenti l-Isla sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn anzjan ta’ 74 sena residenti Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-10.00a.m. fi Pjazza Anton De Paul, Raħal Ġdid.

Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport