Illum, għall-10.30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Renault Trafic misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imtarfa u karozza Suzuki
Swift misjuqa minn raġel ta’ 81 sena u joqgħod il-Mosta. Fis-Suzuki, kien hemm ukoll mara ta’ 79 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanzi ħadu lill-persuni kollha l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara filwaqt li l-anzjan l-ieħor jinsab f’qagħda serja. Il-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor għadha pendenti.
Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.