Anzjana ta’ 70 sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet f’kunċert ta’ Robbie Williams f’Syndey li sar il-Ħamis li għadda.
Hija waqgħet waqt li kienet miexja fuq filliera ta’ siġġijiet biex tipprova toħroġ mill-Allianz Stadium hekk kif spiċċa l-kunċert.
Hija sofriet minn ġrieħi serji f’rasha u ttieħdet minnufih fi sptar fil-qrib fejn tpoġġiet f’koma. Matul il-jum tat-Tlieta, l-awtoritajiet mediċi kkonfermaw li l-mara sfortunatament kienet mietet.
Qed ikun irrapportat li l-anzjana provat taqbeż minn fuq is-seats minflok użat it-taraġ, tfixklet f’saqajha u waqgħet.
Madwar 40,000 persuna attendew għall-kunċert li sar nhar is-16 ta’ Novembru li għadda.